L-EWWEL PAGNA





NOTA: Min ma jafx sew bil-Malti u gie hawn biex jitghallem xi ftit Malti ahjar idabbar rasu ghax il-Malti tieghi daqsxejn imsaddad, ili xi erbghin sena ma nikteb bil-Malti xbin u  biex nikteb dawn iz-zewg kelmiet rajt il-passjoni u qlajt qalbi infittex go dizzjunarji!  Min-naha l-ohra jekk xi profs tal-Malti gie biex jikkritika,  GRAZZI HAFNA, IBAGHTLI L-KORREZJONIJIET B'MESSAGG ELETRONIKU





Jien, bhall hafna Maltin ohra KBURI HAFNA li jien Malti, izda kultant minhabba xi cuc nisthi nghid li jien Malti, u r-raguni li din il faccata hija miktuba bil-Malti hi biex ma nkomplux nikxfu sormna mal-barranin !

Forsi hafna Maltin jahsbu li l-Malti huwa bniedem nadif izda dan mhux veru. Il-fatt huwa li l-Malti hu bniedem MAHMUG. Jekk tahsbu li qieghed nghid ic-cucati morru fi kwalunkwe post f'Malta w ara 'ssibx MIZBLA SHIHA KULLIMKIEN ! Jekk xi cuc johrog bill-proposta li dak huwa t-tort tal-Gvern ghax ma sarx tindif, lil dan il-bravu nghidlu li kieku HADD MA HAMMEGG, MA KIENX IKUN HEMM GHAL FEJN ISIR TINDIF.

Tkellimt ma hafna nies barranin u generalment dawn dejjem iffahhru lill-Malta w lill-Maltin kwazi fuq kollox BARRA fuq l-indafa BARRA MIN DJARHOM! Kultant issib xi poxt li jobodna u hlief imaqdar ma jaghmilx izda xi cuc bhall dan malajr talaqlu halqu b'hafna modi, bhall neighdu ahna, jekk dan ikun American, Kanadiz, Awstraljan eccetra, tistaqsih kemm il mitt sena tmur lura il-kultura u l-istorja ta' pajjizu u jeghdlek xi jeghdlek, kemm mitt sena jew elf sena, ghejdlu biex ihallina ftit bi kwietna ghax l-istorja u il-kultura ta' Malta tmur lura ELUF TA SNIN QABEL KRISTU !! Tista wkoll tistaqsieh ghalix pajjiz KBIR bhall tieghu ma ghandux il-lingwa tieghu u ahna il-Maltin, bicca gzira, ghandna il lingwa taghna -- IL-MALTI!! Hemm hafna mezzi ohra biex cwiec bhall dawn talqilhom halqom izda dan mhux is-suggett allura nieqfu hawn, ghall issa. Ftakar biss li bhall issa stess min jaf kemm hemm nies qed jinharqu ghax ma jistawx jaqbdu art b'liema lingwa hi miktuba din il-faccata! VIVA IL-LINGWA MALTIJA !!

Sfortunatament, il-Malti jigi jitnejjek jekk pajjizi ohra humiex indaf jew le u hallieh jitfa kull ma ikollu zejjed fejn irid u fejn joghgbu. Jekk ikun saqqu qadim hallih jitfghu ma xi cint ta' xi ghalqa f' xi post sabih, jekk ikun ziebel ara lill kullhadd iwaddab fejn jiftillu u il-puliti, ghaddejin b' xi Mercedes jew BMW, halliehom iwaddbu kull ma ikollhom barra mit tieqa -- pakketti tas-sigaretti, boros tal crisps, karti ta cikulata, kondomijiet uzati, u elf haga ohra.
 

U kemm hi haga sabieha kull fil-ghodu tara lill kullhadd idur bil-kelb tieghu. Sabiha hafna, bhall gustizzja li hi sabiha WARA BIEB HADDIEHOR! U Fido hekk jaghmel, WARA BIEB HADDIEHOR. Ihallilek xi rigal u povru int,ikun ghadu anqas biss sebah tohrog sparat mid-dar ghax ikun sar il-hin ghax xoghol u clup!! sieqek toghodos go xi rawta hara! Tibda il-gurnata veru bit-tajjeb ghax barra id-dagha spjetat li jibda hiereg ikollok bhall cuc tidhol lura lejn id-dar, thammegg minn kull fejn timxi, u terga tbiddel. Addio il hin tax-xoghol, jekk ma tehodiex sick ukoll.


ARA GHALIX IL-MALTI MAHMUG



IL-MUSIKA LI QED TISMA JISIMHA "APACHE" -- GHAX.....!!




F'DAWN IL-PAGNI QED JINTUZA "REAL AUDIO" -- BIEX TISMA IL-MUZIKA WAQQAF IL-MIDI U GHAFAS HAWN. JEKK MA GHANDEKX DAN IL-PROGRAMM GHAFAS L-STAMPA BIEX IGGIB KOPJA B'XEJN !



KEMM AHNA STORBJUZI


DAN TAF X'QED IKISSER GBIN?

TAJBA DIN! ID-DAQXEJN TARMAC LI GHAMLU IL-BIERAH!





Ejja nammettu, ahna il Maltin veru nies storbjuzi bla bzonn. Tmur fejn tmur, ikun x'hin ikun ghandek issib storbju shih. Araw ftit kif mhux qed nohlom: Tkun ghadek fis-sodda, rieqed raqda sabiha, il-hin qisu is-sitta neqsin kwart, HORN TA L-ARJA JAQTAK MINN GEWWA ! Ma gara xejn! Dak miskin tal-hobz qed javza il-klienti li wasal u jigi jitnejjek li qajmek mahsud u li fuq kollox qed jikser il-ligi kemm ghax qed idoqq il qabec horn qabel is-sitta u anke ghax qed juza horn ta l-arja. Imma.....

Iddur fuq in-naha l-ohra biex forsi terga torqod. Tkun sejra ghajnek bik l-ahhar u xi cuc jerga jaqtak minn gewwa b'hoss qisu terrimot. Tinkwitax, dak mu xejn, wasal tal-gas u biex ikunu jafu in-nies jibda isabbat dawk il-qahba cilindri kemm jiflah -- m'hemx li jitfa wiehed fuq siequ ja ferh ta' kelb!

Issa in nas marlek u tinzel isfel taghmel bela' kafe.... w inkomplu darba ohra ....
 

IL-POSTA IMXIET


Jekk Alla irid issa il-posta marret il MARSA, biex kif qalulna, il-publiku jkollu servizz ahjar w ikun f'ambjent sura ta' nies.

Jien ma  nafax x'ikun dan is-servizz ahjar u l-ambjent sura ta nies. L-ewwel haga, xorta ma tista issib imkien fejn tipparkja ghax hafna ghorrief li jahdmu fil vicin, jew ikollhom xi qadja fil vicin,  jipparkjaw huma u lilek, li forsi tkun trid tabbi xi ghoxrin pakkett tal-ghoxrin kilo il-wiehed ihalluk tahlef u tiedej iswed u roza ghax post ma issibx minkejja li gewwa huwa riservat BISS ghall impjegati tal-posta, vetturi tal-posta stess u NIES LI GEW BIEX JINQDEW MILL POSTA. Hemm veru bzonn li l-awtoritajiet jiehdu din il kustjoni bis-serjeta u jaraw kif jirrangaw din is-sitwazzjoni tal-biki halli ma isirx dagha fahxi aktar, jinqata il-glied u forsi xi darba il-publiku VERU IKOLLU SERVIZZ AHJAR.

Rigward l-ambjent m'hemx x'tikkumenta -- il Belt forsi kont issib post fejn tixtri kafe u zewg pastizzi u jekk ikollok bzonn latrina kont issib ukoll izda hawn ma hemm xejn ! Jew tahseb minn qabel u tiehu termos kafe a bicca hobz mieghek inkella ghamel id-dieta. U jekk ikollok bzonn latrina ara kif tirranga, ma xi sigra, mal-hajt -- irranga int insomma.

Rigward il-post minn gewwa ma hemx x'wiehed jeghejd, l-imbarazz li kien hemm il-belt spicca il-Marsa. X'hemm gdid ? Mhux dejjem hekk konna, kollox tal-qamel u naghmlu minn kollox biex naqaw a nejk kemm nistaw mal-barranin. Heqq, hawn qedin xbin !



IL-MAFIACON (LI KIENET IT-TELEMAFIA)

Veru qedin tajjeb eh ! Kif Alla iridna -- jew insomma, kif in-nies iriduna, ghax allahares Alla jridna hekk !! 

Jien ma nistax nifhem kif KULL DARBA li jigu tat-telemalta biex issewu xi haga iridu ta bilfors iniku xi haga ohra ! Sa issa ghadhom QATT ma gew fit-triq fejn noqod u ma qatawlix il-linja bhall ma ghamlu ghaxar minuti ilu !  Jahsra kont bi kwieti fuq l-internet u dlonk -- barra -- ghax xi cuc kien qed JIPPROVA issewi linja ta xi hadd u fotta tieghi ! Ghall minn irid ikun jaf, il-lum is-Sibt 17 ta' Jannar 1998 u il hin nofs-in-nhar u il-linja telqet xi kwarta ilu. U resqin lejn is-sena elfejn, ahseb u ara kieku qed nitbedu !!

Jien ma nafx kemm ser indumu sejrin hekk, niehdu kollox bi nejk, hadd ma jimpurtah min xejn u kullhadd jigi ghala biebu minn kollox.  Ma nistawx nibqaw sejrin hekk wisq ghax il-pajjiz ma jdumx ma jfalli -- ghall kemm jezistu nies b'halek u b'hali -- INHALLSU BIEX JAGHMEL IC-CUCATI HADDIEHOR !! U MELA ZIKK SUR KAPPILLAN !!
 
Biex inkun gust ergajt ftaht din il-faccata biex neijdilkhom li f'nofs in-nhar u ghoxrin minuta il-linja reget giet -- nitlob li tibqa hemm zgur !!


 





IT - TELEVISJONI

Ahna il-Maltin nies kapaci u ta' ingenwita kbira u ghall hekk niddispra meta hafna affarijiet naghmluhom b'nofs qalb u naqaw a nejk.

Niehdu bhala ezempju it-television. IBBIKI JAHASRA !! Forsi hawn minn  jahseb li qed naggibhom u li kull ma naghmlu ahna il-Maltin narah ikrah. LE MHUX VERU. Hafna affarijiet isiru minn ghar ebda hsieb u ta kafkaf. Barra li nikkupjawhom minn fuq xi programm popolarismu Taljan, bill qamel jirnexxilna naghmlu froga.

Hemm hafna x'wiehed jikkritika izda illum ser nikteb biss dwar l-ahbarijiet finanzjarji li jixxandru wara l-ahbarijiet ewlenin. Din kieku haga sabieha imma ma tahsbux li ikun ahjar kieku jeghdulna liema rata qed tintuza biex titqabbel il-lira maltija mal-flus barranin? Din ir-rata tal-bejgh, tax-xiri jew tan-nofs (bil-malti: "selling", "buying", "middle") u ghall xiex tirreferi. ghall flus kontanti, "travellers cheques" jew transazzjonijiet kummercjali ? Jekk xi hadd joghgbu jilluminana forsi ma nibqax ingiddem dufreja !!
 
 





FIRST PAGE CONTINUES HERE



L-EWWEL PAGNA TKOMPLI HAWN







MESSAGG ELETRONIKU








XI SUGGETTI OHRA LI SER NIKTEB FUQHOM:

* IL-PULIZIJA F'PAJJIZNA
* IL-GAGBINIZMU F'PAJJIZNA
* ID-DROGA F'PAJJIZNA
* IL-GUZTIZZJA (JEW INGUSTIZZJA !!) F'PAJJIZNA



L-EWWEL DARBA LI TPOGGIET DIN IL FACCATA KIEN:
IT-TNEJN, 29 TA' DICEMBRU 1997 f'17.00 GMT
========================================
L-AHHAR DARBA RIVEDUTA:
IT-TLIETA 6 TA' MARZU 2001 F'18.45 GMT




SAHHA lill-kulhadd u jekk joghgobkom iffirmaw il ktieb tal-visitaturi hawn taht.




IKTBU XI HAGA FIL KTIEB TAL-VISITATURI                ARA X'KITBU QABLEK 





RETURN TO THE PAGE WITHOUT A NAME! -- MAIN INDEX


GHAZEL FEJN TRID TMUR:






DIN IL FACCATA SPONSERJATA MINN  GIB FACCATA GHALIK B'XEJN!
1