Sur Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami,
Hassejt li kelli niktiblek dawn iz-zewg kelmiet il-lum, jum il-Vitorja, it-Tlieta 8 ta' Settembru biex nifrahlek ghar-rebha li int w il-partit tieghek ghamilthu fl-elezzjoni ta' nhar is-sibt, il hamsa ta' Settembru.
F'dawn iz-zewg kelmiet mhux ser noqghod infakkrek fil-bosta weghdiet li ghamilt waqt il-kampanja elettorali -- dan ser inhallih ghall dawk li ser ikunu fuqek bhall seqer biex iffakruk huma izda jien xtaqt infakkrek ftit f'dak li ammetejt inti stess, li fil-legistratura tieghek ta bejn l-1992 u l-1996 kemm int kif ukoll il-ministri tieghek kienu tilfu il-kuntatt ma c-cittadin u anke kontu sirtu arroganti !
Il-Malti ma ghadux cuc jew imbicilli w jaf sewwa li bhala cittadin jista jiddecidi HU minn imexxi il-pajjizna !
Ic-cittadin hassu urtat sewwa fl-1996 u ried itikhom tbezbiza w ivvota labour ghax kontu insejtuh -- nispera li VERU taghllimtu w ser tisemghu w fejn ikun hemm bzonn toqodu ghall dak li jixtieq ic-cittadin.
Forsi ta minn iffakrek xi hwejjeg zaghar li jixtieq ic-cittadin, bhall:-
*ic-cittadin IRID ikun jaf B'KOLLOX dwar dak li ser jiddecidi il-futur tieghu w ta' ulidu QABEL MA ISSIR IL-FROGA U MHUX WARA
*ic-cittadin jigi jitnejjek X'TIXTIEQ l-Unjoni Ewropeja, l-Istati Uniti, il-Libja jew inti personali, jinteressah it-tajjeb u il-gid GHALL MALTA KOLLHA BISS !
*ic-cittadin irid LIGI WAHDA GHALL KULHADD L-ISTESS
*ic-cittadin ma jridx aktar loghob bil-kliem, jigifieri
KOPPPJA POGGUTA
neghdulhom pogguti w koppja DDIVORZJATA neghdulhom
iddivorzjati
*ic-cittadin IRID gwerra shiha kontra il-kriminalita, il-korruzzjoni, id-droga w l-affarijiet hziena kollha
*ic-cittadin MA JRIDX aktar barrunijiet
*ic-cittadin ma jridx aktar nepputizmu
*IC-CITTADIN JIPPRETENDI LI JIGI STMAT TA NIES U MHUX TA' CUC JEW BAHNAN
Ma nistax neighdlek ghoddni dejjem tieghek GHAX JIEN TA' OMMI W MISSIERI BISS izda naghlaq billi nixtieqlek hena, paci, sliem u sahha.
Kritiku -- 8 ta' Settembru 1998.
Dr. Alfred Sant,
Xtaqt nikteb zewg kelmiet lilek ukoll u nispera li din l-elezzjoni taghtek xi lezzjoni jew tnejn, bhall neighdu ahna:
*kif kien is-slogan tal-labour: IC-CITTADIN L-EWWEL. Ma mxejtux ma dan is-slogan u wara biss 23 xaghar IC-CITTADIN cahadkhom ghax ippruvatu titnejku bih
*il-kliem fierah, awsterita ZEJDA, kummidji w xennegar MA GHADHOMX jimmpressjonaw lic-cittadin
*il-Malti QATT tmisslu il-but ghax jichdek
*QATT tipprova taghmel hafna f'daqqa ikun tajjeb kemm
ikun tajjeb; il-Malti ghadu daqxejn konservattiv u hafna tibdil f'daqqa
ihawwdu minkejja li f'Malta trid timxi bis-sistema ta "hawwadni biex nifmek"
*taqtax qalbek, din kienet l-ewwel esperjenza tieghek
bhala Prim Ministru w jien cert li l-intenzjonijiet tieghek kienu x'aktarx
nobbli, izda bniedem rasu iebsa IZZEJED ma tistax tahdem sew mieghu
*issa poggi ftit b'kwietek w ikkontempla fejn mort zmerc, ftakar biss li dak li huwa tajjeb ghall xi pajjiz MHUX BILFORS TAJJEB GHALL-MALTA.
Ma nistax neighdlek ghoddni dejjem tieghek GHAX JIEN TA' OMMI W MISSIERI BISS izda naghlaq billi nixtieqlek hena, paci, sliem u sahha.
Kritiku -- 8 ta' Settembru 1998.
Sur Dom Mintoff,
Ma nistax ma' niktibx zewg kellmiet lilek ukoll, fuq kollox din l-elezzjoni kwazi gibta INT !
Jien la jien w anqas qatt ma kont ta' ebda kulur, izda kont dejjem nammirak bhala politikant, negozjatur iebes w oratur li f'Malta qatt ma kien hawn bhalhu w li ma nistax nifhem hu kif ma' irtirajtx b'kwitek bl-unuri kollha !
Veru li fil-Parlament ma jikbrux fjuri (skuzani Dr.
Friggieri !!) IZDA HDURA HEMM KEMM TRID !! Nahzeb li tezisti hdura aktar
minn dak li baqa mill-Amazon ! Hawnhekk irrid inzied, u hafna nies jifmhuni,
li qalb miguwa tibki !
Xtaqt neighdlek hafna affarijiet ohra izda ghaddew
tnax il-siegha minn x'hin bdejt nikteb din il-pagna w issa qlajt qalbi
-- w naf li xorta mimlija zbalji tal-ortografija, imma ...
Naghlaq billi nixtieqlek hena, paci, sliem u sahha.
Kritiku -- 8 ta' Settembru 1998.
Dr. Wenzu Mintoff,
QUO VADIS ?! KURAGG !!
Hena, paci, sliem u sahha.
Kritiku -- 8 ta' Settembru 1998.
SAHHA lill-kulhadd u jekk joghogobkom iffirmaw il ktieb tal-visitaturi hawn
taht.