IT-TIELET PAGNA





  DAWN PRASPAR UKOLL.....

ARA VERU IL-MALTI QALBU TAJBA U GENERUZ TAFUX !

V eru li kultant issib xi kelb, imma dan ikun eccezjoni u mhux regola. U li kieku il-Malti ma kienx bniedem li jaf ihobb u ta qalb tajba kieku minn fejn kienu jingabru dawk l-eluf ta liri kollha KULL SENA biex izommu istituti ta karita w organizazzjonijiet bhall neighdu ahna id-dar tal-Providenza, il-Karitas, il-fondazzjoni Eden, l-istituti ta l-orfni ma Malta w Ghawdex kollu u hafna u hafna ohrajn ?

Izda hemm bzonn li wiehed joqod attent ukoll li ma jabbuzax mill generosita tal-Malti ghax jekk taqbizlu tkun qabzet !  Isiru hafna abbuzi wkoll izda il-Malti ma ghadux cuc u mill-ewwel jinduna meta xi poxt jipprova iffotih, bhall nieghdu ahna:

IL-GBIR TAN-NAZZJONALISTI

ghall dan il-qabec stazzjon tat-televizjoni. Kemm ser idumu gejjin jigbru ? Sa issa gew ghandna diga tlett darbit u l-ahhar darba ki gew ghadnielehom li mahniex ser naghtu    aktar ! Kemm huma wicchom vili, ghax ma jmmorux daqxejn sa ghand dawk li ghamluhom miljunarji, wiehed minn dawn il-bulijiet biss kapaci jaghmillhom l-istazzjon kollhu bill-flus li ghamel fi zmien in-nazzjonalisti w issa iridu aktar flus minn ghandna biex forsi jixtru xi ghalqa ohra jew ? Halluwna ftit bi kwietna tal-PN GHAX DEJJAQTUNA DEJJEM TOKORBU !!
 

GHALL DARBA OHRA HBIEB -- DAN GHADU MU XEJN TAFUX !!





MA JAHMLUX LIL PAJJIZNA

Jekk tahsbu li jien iffisat forsi ma natikomx tort izda jien nixtieq naf x'ghamilna lill certu nies biex joboduna daqsekk -- kollox politika tafux !

Ili snin nara 'l EURO NEWS u fil hazin biss dejjem semmewna. Anke il-mappa tat-temp hazina ghax pajjizna ma jidirx -- meta iridu. Ara darba mil gimgha l-ohra pajjizna deher fuq il mappa u semmewna u qalu li kien ser ikun hemm maltemp kbir bix-xita u sajjetti u fuq kollox waqaw a nejk ghax hargu jumien sbieh kollha xemx ! L-istess ghamlu il-lum, (l-Erbgha 21 ta' Jannar 1998 fis siegha u nofs) temp ikrah, xita u sajjetti ! Allura f'pajjizna QATT ma ikun hawn temp sabih ?! Dan mhux mill Euro News biss jigi tafux imma mill-istazzjonijiet tat-televisjoni kollha, b'xi eccezzjoni l'hawn u l'hinn bhall neighdu ahna, il BBC li kultant issemi xi haga fuqna -- pu' kemm ahna fuq zaqq kullhadd ostra ! Jien jidirli li 'l PBS ghandhom xi kwalita ta' arrangament ma tal-Euro News, allura dawn ma jistawx jigbdulhom l'attenzjoni li f'pajjizna KULTANT ikun hawn xi gurnata sabiha !






GHALIEX IN-NAZZJONALISTI TILFU L-ELEZZJONI TA' 1996   
 

Hemm hafna ragunijiet izda jien nahseb li l-PN tilef l-elezzjoni ghax in-nies kienet xebghat tghix f'holma !

U mhux f'holma biss imma wkoll f'gidba wara l-ohra, nepputizmu sfranat u korruzjoni shiha.

IL-HOLMA ma kinitx wahda biss, imma l-iktar holma kehra kienet tal-qahbec Ewropa maquda ( jien, ta cuc li jien, ghadni ma nistax nifhem FEJN hi maquda l-Ewropa -- kulhadd jiggieled kemm jiflah u hadd ma jista jaqbel f'xejn, imma insomma....)

Dawn IL-HBIEB tal-Ewropa kienu ilhom jitnejjku bina snin shah izda il PN (jew ma nafx ezatt min) kien mitluf jilaq u jew ma indunax jew ma riedx jinduna b'dan u baqa isus u jigri wara din il-fantazma li fl-ahhar spiccat biex kienet wahda mir raguniet ewlenin li telfitu l-elezjoni.
 
 

GHALIEX L-LABURISTI REBHU L-ELEZJONI TA 1996     

Nahseb li ir-raguni hija obbvja, ghax in Nazzjonalisti tilfuha !!

Hemm hafna ragunijiet ohra bhall hafna u hafna wedit, kliem sabih bhall 'ic-cittadin l-ewwel' u ohra tajba kienet li "f'zmien sitt xhur inehhu il VAT"...........isma', kif qedin hawn, dik ta ic-cittadin l-ewwel veru tafux. Jekk ma tafux ghaliex araw kemm hu veru:

IC-CITTADIN L-EWWEL

BIEX IHALLAS IT-TAXXI
BIEX JAQLA GO RASU
BIEX ILAHHAQ MAL HAJJA
BIEX ISERVI TA VAS
BIEX IMUR JIVVOTA
BIEX JOQGHOD F'KJU WARA IEHOR (U MA JINQEDA QATT!)
BIEX JEHEL CITAZZJONI WARA L-OHRA TAL PARKING
BIEX ISEWWI IL-KAROZZA MINHABBA XI TOQBA F'XI TRIQ
BIEX MA JINQEDA F'EBDA DIPARTIMENT TAL-GVERN



 


IL-MUSIKA LI QED TISMA JISIMHA "COUNTRY ROADS" -- NOSTALGIA TAT-TOROQ F'MALTA !!




F'DAWN IL-PAGNI QED JINTUZA "REAL AUDIO" -- BIEX TISMA IL-MUZIKA WAQQAF IL-MIDI U GHAFAS HAWN. JEKK MA GHANDEKX DAN IL-PROGRAMM GHAFAS L-STAMPA BIEX IGGIB KOPJA B'XEJN !














IL-MALTI CITTADIN TAL-HAMES KLASSI

Ara veru li l-Malti dejjem kien stmat ta' INQAS minn cittadin u mhux sempliciment cittadin ta' tieni klassi  !

Izda il-Karkarizi veru ghandhom ghax igorru izjed minn haddiehor ! Birkirkara hija l-akbar belt f'Malta u l-aktar popolata IZDA L-AKTAR ABBANDUNATA U ZBANDUTA !

Apparti il-fatt li kemm il-prim ministru kif ukoll il-kap ta l-oppozizzjoni (li qabel l-elezzjoni ta' 1996 KIEN il-prim ministru !) huma minn Birkirkara dawn QATT ma ghamlu daqxejn gid ghall Karkarizi. Il-Karkarizi qishom speci ta' cittadini TA' L-AHHAR KLASSI !

L-ikbar belt f'Malta w anqas biss bicca klinika ma hemm. Biex tinqeda trid tmur il-Mosta jew go dak il-maqjel ta' wara l-ghassa tal-puluzija li jeghdula il Berga w sa ftit ilu, ghax kienu qed jirangawa (igifiri, qed ituwa laqa zebgha) kont trid titla xeba tarag u FORSI tinqeda mill post temporanju gewwa l-istazzjon il-qadim !! Issa kollox LEST u ergajna morna fil-maqjel !!

Immishom jisthu il-politikanti KOLLHA w tal-kunsill jigu jitkarrbu ghall-vot meta tasal l-elezzjoni -- imma dawn wicchom u sormhom xorta ? Bicca latrina, li giet tiswa ELUF KBAR TA LIRI ghadha mhux lesta wara dak il-ftahir kollu ! TIBZAWX TAFUX, L-ELEZZJONIJIET DEJJEM JASLU !!




IL-MALTI LAGHQI ?

Jiddispjacini hafna li ser ikolli nispicca is-sena b'toghma daqxejn hazina izda il-fatti ma jista jmerijhom hadd !

Kieku xi hadd ghamilli din il-mistoqsija il-bierah, kont nwiegeb li kull nazzjon ghandu il-laghqa tieghu, Malta inkluza; izda il-lum ir-risposta tieghi tkun: IVA, IL-MALTI LAGHQI TA' L-EWWEL KLASSI !
 
Li tkun tappogga xi team tal-futbol barrani ma fijha xejn hazin izda meta dan it-team jigi MALTA biex jilghab loghba ta' hbieberija kontra silezjoni ta players Maltin u kwazi nofs il-ground jaghti l-appogg tieghu lill barranin, w anki kien hemm minn ibbuwja meta gie skurjat l-unika gol tal-Maltin, nuru kemm ghadna lura u kemm ahna cwiec ! Tant naqaw ghan-nejk b'dawn il-kummidji li sahansitra anke it-team barrani stess jiddisgusta ruhu w wara il-loghba flok imur ir-ricevement jibqa sejjer dritt l-ajruport u jdabbar rasu minn dan il-pajjiz tal-misthija ! Imma meta ser nitghallmu ma nkunux iktar servili ? Qatt ?

Ghall minn ma jafx qed nirreferi ghall-loghba bejn Malta-Juventus li  ntlabet il-lum, 30 ta' Dicembru 1998.

Il-loghba spiccat 5 -1, sintendi, favur il-Juventus !





 



 

Jiddispjacini hafna izda ghal-lum ser ikolli nieqaf hawn ghax qlajt qalbi izda inwedkhom li inkompli malajr kemm jista ikun; sa dan it-tant SAHHA lill-kulhadd u jekk joghgobkom iffirmaw il ktieb tal-visitaturi hawn taht.





IKTBU XI HAGA FIL KTIEB TAL-VISITATURI                ARA X'KITBU QABLEK






MESSAGG ELETRONIKU







RETURN TO THE PAGE WITHOUT A NAME! -- MAIN INDEX


GHAZEL FEJN TRID TMUR:





DIN IL FACCATA SPONSERJATA MINN  GIB FACCATA GHALIKB'XEJN!
1