L-UFFICJU TAL - PRIM MINISTRU
Dan l-ufficju ikopri diversi Dipartimenti fosthom:
IL-WIRELESS TELEGRAPHY
========================
Kien hemm xi zmien meta dan id-dipartiment kien jissejjah ID-DIPARTIMENT TAT-TELEGRAFIJA MIN GHAJR FILI. Haqqu prosit lill minn ivvinta dan l-isem ghax flok bl-Ingliz kitbu bit-Taljan !!
X'suppost jaghmel dan id-dipartiment? HAFNA
! Imma, attwalment, x'jaghmel ? XEJN, hlief jigbor l-eluf ta' liri minn
ghand kulhadd !
Dan
id-dipartiment huwa immexxi minn CHIEF INSPECTOR OF WIRELESS u bhall issa
hemm bhall direttur is-sur Nicholas Scicluna,li lahaq ghall nofs Jannar, 1998. Sa ftit ilu kien hemm is-sur Joseph Bartolo u qablu kien hemm is-sur Joe
Galea li minn informazzjoni li gbart, dawn, it tnejn li huma, ma mxewx
dritt wisq fil qadi to dmiriethom ghallkemm kienu jridu jaghtu l-impressjoni li huma xi angli tas-sema! Jien ma nhobbx noqod fuq li jeghdli
bniedem wiehed biss qabel ma nibda inhazzez u ghall hekk tkellimt ma diversi
nies, kemm fin-negozju u kemm cittadini ordinarji u l-impressjoni li tawni
dawn in-nies ma tantx hi sabieha !
Is-sur Galea illum ghandu kumpanija u hanut tar-radjiet u hewejjeg
ohra simili gewwa tas Sliema (nahseb jien, forsi tal-qaddisa w mhux tas-sliema!).
Joe ilu ftit li spicca minn Chief Inspector of Wireless ghax Alla jbierku
ghaddew xi ftit ghexirem ta snin minn fuqu. Qabel ma kien mal tal-wireless
kien ukoll surmast ta dik li kienet l-iskola nawtica u dak iz-zmien qaluli
li kien giel lil hafna nies jahilfu u jidaw u anke kien hemm minn ried
ikissirlu il-kaxxa ta sidru! U jien, ta kurjuz li jien, komplejt nistharreg
ghaliex, u ballec, iz-zejt f'wicc l-ilma jitla! Kelli niskopri, wara dawn
is-snin kollha, li Joe kellu skola privata u biex tiehu ic-certifikat ta
radio officer kont tried tmur tiehu xi ftit privat f'din il-qabec skola.
Tajjeb eh? U mela' mhux !
Is-sur Bartolo,ghall kemm hafna nies qaluli li jahsbu li qabez iz-zmien tal-pensjoni, ghadu il-wireless u meta tela dan il-gvern tpogga wkoll fuq il-board tat-Telemalta. B'cikka li ghadni ma nistax naqbad il-konnessjoni, is-sur Bartolo WKOLL kien darba instructor gewwa in nautical izda milli nista nifhem Bartolo u Galea ma kienux ezattament "busom buddies"!
Nahseb daqsekk bizzejjed izda jekk xi hadd irid ikun jaf xi haga ( jew ikun jaf xi haga !) ohra jista jew jibatli messagg eletroniku jew juza il-ktieb tal-vizitaturi.
L-UFFICJU TAL-PRIM MINISTRU IKOPRI WKOLL:
L-UFFICJU TAC-CITTADINANZA
============================
U id-dispjacir tieghi hu li m'ghandix kliem sabieh bizzejjed fil-vokabularju tal-Malti tieghi biex infahhar lil dawk kollha li jahdmu go dan id-dipartiment ! Veru li ix-xoghol taghhom jirrikjedi li ikunu nies edukati, puluti u ta maniri tajbin hafna IZDA dawn in-nies, mill-kbir sa iz-zeghir, ma tista isib xejn hazin xi teghid fihom ! Veru haqhom prosit u ta min iffaharhom ghax nies bhall dawn jaghmlu unur lill pajjizhom. M'hemx li xi dipartimenti ohra jikkupjawhom ftit-- imma il-Malti imaqdar biss jaf ! PROSIT SINJURI !
DIPARTIMENT IEHOR HUWA L-UFFICJU TAL-PASSAPORTI
Sfortunatament, il mara skadila il-passaport u morna bil-formoli kollha biex naghmlu wiehed gdid. Intfajna fi kju u wara kwazi tlett kwarti wasalna biex nirregistraw il-formola. Bil-kalma kollha l-iskrivan qalilna li fit-tieqa l-ohra u bhall cwiec morna fi kju iehor li domna nofs siegha ohra izda sa fl-ahhar wasalna.
Is-sinjura bdiet ticcekja il-formola w il-karti
kollha w qaltilna li kien jonqosna ic-certifikat tal-mewt ta' missier il-mara.
Ippruvajt infehmha bil-kwiet u bill-kalma kollha possibli izda peres li
forsi raqdet mikxufa jew wicca mal-hajt baqat tinsisti li jrid ikun hemm
ic-certifikat tal-mewt ! Sa fl'ahhar tellathomli w bdejt najjat biex jismani
kulhadd. Jien ridt inkun naf ghaliex riedet ic-certifikat tal-mewt meta
fil-passaport li kellha f'idejha kien ga imnizzel li missier il-mara mejjet,
u f'ta qablu ukoll u anki f'ta qablu ghax missiera ilu mejjet madwar erbejn
sena ! FORSI REGA QAM MILL-MEWT BHALL LAZZRU JEW ? Ejja naqtaw in-nejk
u burokrazzija zejda forsi xi darba insiru daqxejn nies, f'gieh Alla li
hemm fis-sema jiehu hsiebna !!
JITTWEMNU DAWN L-AFFARIJIET JEW ?? Jittwemnu,
ghax qedin f'Malta !!
SUSSEGWENTAMANT.....
ID-DIPARTIMENT TAS-SAHTA
Nibda
biex nieghejd li f'dan id-dipartiment, bhall f'kull dipartiment iehor,
hemm
DISORGANIZZAZJONI ORGANIZZATA PERFETTA
!
Kulhadd jibza u jitwerwer meta jiftakar
li irid imur id-dipartiment jew l-isptar. Anke il-mejtin, imkeffnin u lesti
jibzaw u jippruvaw jaharbu ahseb u ara dak il-povru pazjent nofsu haj !
Issa, biex wiehed ikun gust irid ukoll jammetti li l-isptar neqsin hafna mill l-staff. Forsi xi hadd jeghdlek li din mhix skuza; veru mhux skuza izda dawn HUMA FATTI (mhux fatati tafux !) u ma tistax tahrab minnhom. Veru wkoll li hemm minn jahdem b'ilsinu barra w ohrajn li jigu jitnejjku altament minn kollox u dan hemm bzonn li minn hu nkarigat jara li dan ma jkomplix isir, forsi xi darba kull haddiem jibda jaghti sehmu, tizdied l-efficenza w hadd ma jbati -- la il-haddiem u inqas u inqas il-povru pazjent li fuq kollox dan l-imbierek pazjent ma nistax nifhem kif jehel hu meta l-infermiera jkollhom xi pika bejnithom !
L-ahhar li kont l-isptar ghall vista ta kull xaghar, wasalt fil-hin ta l'appuntament, qisu kienu it-tmienja u sorgejt fejn ragel ta xi sittin li kien ma martu jeqred w igorr. Jien bdejt naqra gazzetta u minn hawn u minn hemm dan ir-ragel ra kif sa f'lahhar qabad mieghi w kelma jggib lill ohra w staqsini: "Taf kemm domna hawn l-ahhar darba ? Dhalna fis-sitta u nofs ta fil-ghodu u hrigna fl-erba u kwart - kwazi GHAXAR SIEGHAT !" Jien inhsadt ftit u ippruvajt nikkalmah billi ghedtlu: "Taf kemm il-wiehed dahal hawn u ma hareg qatt ?" Ma kienitx mistoqsijja ghax ried initiffni ostra !! Sa heddidni li jitla ma suf ta ghajni u jixrobli l-abjad ta ghajneja ! Hrigt ta' cowboy hej bil-gid li ippruvajt naghmel !! Hlift li minn dak il-jum il-quddiem jien nibda nilaba ta trux ghami u mutu.
Hemm hafna affarijiet ohra li ma nistax nifhem fl'isptar San Luqa. Ejja naraw ftit kif tkun bejn wiehed u iehor gurnata tipika MINGHAJR kumplikazzjonijiet jew hwejjeg ohra abnormali:
GHAFAS HAWN BIEX TKOMPLI....
Il-musika li qedin tisemghu hija "Johnny be Good" u nahseb li din addatta hafna ghall din il-faccatta, ibda min tal-wireless u ibqa sejjer kemm ghall pazjenti kif ukoll ghall-haddiema ta l-isptar !!
Jiddispjacini hafna izda ghal-lum ser ikolli
nieqaf hawn ghax qlajt qalbi izda inwedkhom li inkompli malajr kemm jista
ikun; sa dan it-tant SAHHA lill-kulhadd u jekk joghgobkom iffirmaw il ktieb tal-visitaturi hawn taht.