IL-MISTOQSIJIET TAGHKHOM
U IT-TWIGIBIET TIEGHI....
L-ewwel mistoqsija gejja minn ghand is-sur J.M. minn NSW l-Awstralja, dan Malti ta 22 sena imwieled l-Awstralja w ghadu qatt ma gie Malta w staqsini ghaliex bhala separazzjoni bejn suggett u iehor uzajt dik l-ispaga u bictejn tape. (Is-Sibt 31 ta' Jannar 1998).
Dan, miskin, zgur li veru qatt ma gie Malta w nahseb li ma tantx JAF WISQ fuq Malta. Jien uzajt dak is-"seperator line" ghax f'Malta, kull ma jittkisser jew jithassar irridu ta bilfors insewwuh u kullhadd jeghdlek "u ejja, tagibhomx, dak bicc tape a zewg dawriet spaga u jerga jigi qisu gdid fjamant". Heqq, allura lili tatini tort jekk uzajt is-simbolu tal-magija ta' Malta ! Halluwa dil-bicca spaga, kulhadd qabat mahha, haqq.... !!
Mistoqsijja ohra giet minn ghand is-sur T.S., Malti li bhall issa qied jistudja gewwa NY l-Amerika u dan xtaq ikun jaf minn jien biex jiddiskuti xi affarijiet mieghi. (Il-Hadd 25 ta' Jannar 1998).
Sur T.S. ahna ga ikkorispondejna bl' email
u id-dettalji tieghi, kemm ghalik kif ukoll ghall hafna ohrajn li xtaqu
jkunu jafu, huma dawn:
Isem: Kritiku
Kunjom:Bhall ta missieri (Alla jahfirlu)
Eta': Ftit iktar mill tahseb
Sess:mhux hafna
Indirizz:17,986,341 Hofra
Triq Ohra Abbandunata
Belt il-Hena. ABZ 12
MALTA.
Telefon:Ma jahdimx (u jirregistra)
Fax:Int taf xi thoss!
Mistoqsija ohra gejja mill ktieb tal-visitaturi, minn ghand is-sur Joe Pavia mill-Awstralja u dan xtaq ikun jaf fejn joriginaw dawn il-faccati. (Is-Sibt 16 ta' Mejju 1998).
Sur Pavia, U HAFNA OHRAJN li ghamlu din il-mistoqsija b'messagg eletroniku, DAWN IL-FACCATI HUMA KOLLHA MIKTUBA MINN KRITIKU, joriginaw (generalment) f'Malta u MA HEMX GIDBA WAHDA !
Mistoqsija
li dehret diversi drabi fil ktieb tal-visitaturi w li ntbatet elf darba
b'messagg eletroniku hija KIF SIBT L-INDIRIZZ TIEGHI ?!
Biex nistqarr il-verita din il-mistoqsijja hawditni ftit ! Ma nistax
nifhem kif wiehed jista jaghmel din il-mistoqsija il-lum, li dehlin fi
sena elfejn u qedin f'dan iz-zmien ta' teknologija daqshekk avvanzata!
Hemm elf post fejn wiehed jista isib l-indirizz ta' minn irid u jekk xi
hadd jahseb li l-indirizz eletroniku tieghu huwa xi SIGRIET, sejjer zmerc
HAFNA ! Minn hawn jew minn hemm, il-lum, JEKK TRID, kollox, jew kwazi kollox
tista issir taf sa kemm tkun taf FEJN ghandek tfittex. Hemm certu
etika wkoll u wiehed irid joqod attent li ma jikser l'ebda ligi -- id-differenza
bejn is-sewwa w il-hazin f'kazi bhall dawn tant hija minima li wiehed jista
jizbalja minghajr ma jrid.
MA HEMX IKTAR MISTOQSIJIET BIEX
INWIEGEB -- IBATULI IL-MISTOQSIJIET TAGHKOM U JIEN NIPPROVA NWEGIBKHOM.
1)
ERBA FUQ ERBA
ERBA JISTENNEW ERBA
ERBA MA GEWX
ERBA TELQU
ERBA GEW !!
2)
X'HEMM DIFFERENZA BEJN MARA W XUGAMAN ?
3)
X'HEMM DIFFERENZA BEJN MARA W SELLUM ?
4)
TRIDU JEW MA TRIDUX TIDHOL FIH U MA THOSSUX !
TWEGIBA GHALL DAWN B'MESSAGG
ELETRONIKU BISS !
SAHHA lill-kulhadd u jekk joghgobkom iffirmaw il ktieb tal-visitaturi hawn taht.