Minn meta ktibt l-ewwel pagna, f'Dicembru ta' l-1997 dwar "il-Malti mahmug" jien komplejt nindaga GHALIEX il-Malti huwa mahmug. Mahmug fis-sens li jitfa kull ma jkollhu barra. QATT ma ser naghti ragun lill dawn in-nies li jhammgu kull fejn isibu IZDA hemm bzonn li wiehed ikun jaf ezatt kif tahdem il-mentalita tal-politikanti -- u din hija kwazi haga impossibli ghall hafna ragunijiet fosthom: IL-MENTALITA TAL-POLITICI, JEKK TEZISTI, HIJA HAFNA INQAS MINN TA' TIGIEGA !!
Nahseb li ga bdejtu tahsbu li ser nibda inhallat il-hass mal-bass; le, xejn minn dan ghax il-ligijiet mill-politikanti jsiru w hafna mill-ligijiet huma tan-nejk ghall-ahhar. Minn jaf tal-Fondazzjoni ERA kemm ser jeghduli li qed naghmel irtirata w li jien mhux tigra izda qattus, forsi wkoll din id-darba jeghduli gurdien ! Ma jimporta xejn sa kemm il-verita tinghad u jekk inkun zbaljajt nirranga il-hazin li nkun ghamilt.
Mela, minghajr qabda tidwir mal-lewza ejja naddu ghal
ftit fatti:
Is-Sinjura Borg (Bongu !!) tixtieq tehles minn ftit
imbarazz ghax fil-garage
l-anqas biss tista tidhol il-mini "clubman" bl'imbarazz
li hemm. Cemplet lill tal-"Bulky Refuse" u wara hafna mistoqsijiet zejda
dak li wiegeb qalilha li jista johdilha biss tlett oggetti li ma jkunux
kbar u dawn trid tohroghom barra fuq il-bankina ghax in-niex tieghu mhux
ser joqodu dehlin u hirgin fil-garage ! Rigward il-hin li jigu dan jista
ikun bejn it-tmienja w il-hdax u l-akwati ta fejn toqghod, il-gbir isir
biss nhar ta' Tnejn ghallhekk issa jmiss li jigu it-Tnejn li gej ghax alavolja
il-lum it-Tnejn, in-nies tiga hargu w ghandhom hafna w hafna xoghol, infatti
qed itir ix-xrar min idejhom !
Il-Hadd tard bil-lejl is-sur Borg qandel ghall fuq il-bankina television, saqqu, cooker u bicca pram ghax fil-ghodu ma kienx ikollu cans johroghom minhabba ix-xoghol. Kwarta wara li telaq ir-ragel, Mrs. Borg issib pulizija wara il-bieb li wahhliela citazzjoni ghax zgumbrat il-bankina !
Ghall-habta ta' l-ghaxra gew biex jiehdu l-affarijiet u qamet daqxejn ta' kustjoni ghax tlett bicciet biss kienu ser jiehdu -- is-saqqu kellu jibqa hemm !
Meta gie lura mix xoghol, Joe infaqa meta il-mara qaltlu x'kien gara ma tul il-gurnata. Bdew jiddiskutu ftit x'kienu ser jaghmlu w iddecidew li jordnaw "skip" u Mary kellha tirranga kollox l-ghada. Mary cemplet diversi ditti li jipprovdu servizz ta' skip u dawn kollha talbu l-istess prezz-- tlettax il-lira; ghax bejn il-Vat w il-hlas tal-mizbla kellhom joghllu il-prezz minn ghaxar liri! (Sur John Dalli iccekja ftit jekk il-prezzijiet gholewx jew rahsu !!)
Din l-imbierka skip ordnawha ghall-Hamis biex Joe u Mark, it-tifel l-kbir, johduha frank il-gimgha w bill-week-end b'kollox forsi jehilsu min dak l-imbarazz kollhu li kien ingabar f'dawn l-ahhar hmistax il-sena.
L'imbierka skip waslet il-Hamis ghall-habta tal-hdax u f'inqas minn siegha wara kien hemm wara il-bieb tal-kunsill lokali jistaqsu bl'akbar arroganza minn taghom l-awtorita jizgumbraw it triq bl'skip. Mary ma kienietx taf twiegeb u wara hafna kliem fil-vojt u kwotazzjoniet tal-ligi minn naha tal-kunsilliera dawn qalu lil povra Mary li kienu ser jehlu citazzjoni. BALLECC -- OHRA !?
Sbieh il-Gimgha, wara breakfast, telqu it-tlieta ghall-garage u bdew jiqalaw imbarazz kemm jifilhu. Kollox kien ser jitlaq u f'kemm ili neighid l'skip kienet nofsa mimlija w anqas kienu ghadhom biss bdew !!
Waqfu ftit biex jistudjaw is-sitwazzjoni. Peres li kemm Joe kif ukoll Mary kienu ta' kuxjenza qablu li Mark u Joe jaghmlu xi xewg vjaggi bil mini sal-mizbla b'dawk l-affarijiet li kienu qedin jiehdu hafna spazju fl'skip izda li setghu jingarru, b'xi mod jew iehor, gewwa jew fuq il-mini.
Hekk ghamlu ! Bhall cwiec bdew jiqalaw xi affarijiet mill l'skip u jitfawhom fil-mini, li mtliet daqs bajda ta' bazwi f'kemm trodd salib. Heqq, m'hemx x'taghmel, dik kellhom u telqu lejn il-Maghtab.
Hawnhekk beda episodju gdid li anqas qatt biss kienu
holmu bih !!
Dak li kien minn fejn tidhol staqsihom jekk ghandhomx
permess bies jarmu l'skart u qalulu li ma kellhomx. Dan qalilhom biex jidhlu
fuq il-mizien u wara staqsihom x'kienu ser jarmu. Dan qalilhom biex iwaddbu
kollox go l-ewwel skip li kien hemm kwazi kif tidhol. Huma u hiergin rega
ghaddew minn fuq il-mizien u ghamlilhom sinjal biex jitilqu. Mark u Joe
baqaw daqxejn imhawdin b'dan l-episodju izda ma qalu xejn la kollox kien
spicca b'wicc il-gid u telqu lura lejn id-dar biex igibu vjagg iehor.
Imlew il-povra mini tlett darbiet ohra w kollox mar harir, sempliciment jaghmlu il-procedura tal-bidu u suq ghax sebah !
Iddecidew li jaghmlu il-hames vjagg qabel ma jieqfu jistriehu ftit u jieklu xi haga wkoll ghax kienu kwazi saru is-siegha. Imlew il-mini daqs bajda w telqu bic-ceklem ceklem lejn il-Maghtab. Din id-darba x'hin waslu hdejn il-gate il-gwardjan flok fethilhom hareg ikellimhom u qalilhom li ga kienu dahlu iwaddbu l-imbarazz erba darbiet u ma sataghux jergaw jidhlu qabel ma jaghmlu permess mill Marsa, li jservi ghall-sena u jiswa ghaxar liri ! Joe kien ser jinfaqa izda zamm il-kalma w staqsa lill-gwardjan ghaliex ma qallhomx b'din il-procedura qabel u mhux issa meta tbazwru jaghabbu il-mini w kien sar daqshekk hin. Il-gwardjan qallhom li hu ma kienx Alla u ma kienx jaf jekk hux ser jergeghu jigu jew le. Joe qal lil-gwardjan biex ta l-inqas ihottu li kellhom gewwa il-mini u wara imorru jaghmlu il-permess. Il-gwardjan qallhom li jiddispjecih hafna izda din l-istorja kien xeba jismahha w hadd qatt ma jerga jersaq l'hemm bil-permess. Joe u Mark irringrazjaw lill-gwardjan u iddecidew li jmorru il-Marsa jaghmlu dan il-permess. Kien ghadhom forsi ghamlu zewg kilometri kollox meta hadu puncture. Issa Joe infaqa iktar mit-tajer tal-karozza w beda jahlef u jidghej b'kull kulur. Mark ipprova jikkalma lill missiru billi gab il-jack u kien ser jibda jahdem meta missieru qallu li biex jaghmlu l-ispazju kienu hallew l-spare wheel il-garage !! Dur minn hawn u dur minn hemm sabu telephone u John cempel it-tifla fuq ix-xoghol u qalilha biex tmur il-dar malajr u iggibilhom l-spare wheel.
Marru lura fejn il-karozza biex jistennew lill Natasha tasal u sa dan it-tant iggakjaw il-mini. Kif lestew poggew fuq bicca gebla ippejpu sigarett li ghall ftit ma fgawx fih ghax f'daqqa wahda ceda il-jack u bl'skoss bicca haddida ghaddiet bhall-flegga mill windscreen ! It-tnejn baqaw iharsu qishom zewg boloh u bdew jahsbu x'iktar jista jinqala !
Biex ma ntawwluhiex, meta waslet Natasha iddubaw kif setghu bill-jack tal-karozza tahha, bidlu it-tyre, marru il-Marsa jaghmlu il-permess u regghu telaw il-Maghtab ibattlu il-mini. Waslu lura lejn id-dar miflugin u wara bicca hobz marru jistriehu ftit.
Wara l-ikla ta fil-ghaxija, Joe, ta accountant li kien, gab lapes u karta u beda ihazzes kemm switilhom s'issa biex ibattlu dan il-qabec garaxx, u l'lista harget hekk:
Cittazjoni ta l-izgumbrar tal-bankina...............................Lm20
Skip..................................................................................
13
Citazzjoni ta l-izgumbrar bl'skip......................................
25
Konsulta ma l-avukat dwar ic-citazzjonijiet.....................
10
Permess ghall-Maghtab....................................................
10
Tyre gdid..........................................................................
17
Jack gdid..........................................................................
15
Windscreen gdid...............................................................
64
Xoghol u lasktu gdid ghall-windscreen..............................
22
======
Lm196
KWAZI MITEJN LIRA W GHADHOM BIL-KEMM BDEW !!
FORSI DIN HI WAHDA M'RAGUNIJIET GHAX IL-MALTI MAHMUG ?!
050301
SAHHA lill-kulhadd u jekk joghogobkom iffirmaw il ktieb tal-visitaturi hawn taht.