RIVOLUZZJONI BIL-VERSI MHUX BIX-XWABEL
_____________________________________________________________________

THARBIXA F'ISEM JUNKIE

Talbuni nohlom kelma,
meta xraqt f'realta' burokratika
li xtaqt nobzoq.

Il-holma kienet kbira wisq
u qatlitni.
_____________________________________________________________________


Din il-poezija baghthieli Sergio Grech. Metafori tajbin xi kultant iqanqluk, harsa lilhinn mill-mera...

MANWAL

il-manwal ta' l-ezistenza abbazi 21 gharqa -
1. linji tat-telefon itawwlu
l-kosta tas-solitudni
2. bahar ghejja jintewa
issikkat ingravata coff
3. kastell labirint iperper
gwida ta' telfien
4. librerija tortura
prodott qlub maghluqa
5. dozi ckejkna ta' poeziji
puntwalment ihufu fuq
l-ixkafef tieghi

______________________________________________________________________

KUNCERT KONCIZ TA' VJOLIN

sitwazzjoni fugitiva
certifikata antisensibilita'.
bojkott emozzjonali
f'tarf salmastru.
foresta tikmix taht
is-sens ta' hars.

Sergio Grech
_____________________________________________________________________

MAL-MINUTIERA

Nghalaqt go traba ramel
nghodd il-passi
li grew hdejja,
nistenna l-ahhar mewga-salvatur.

Waqaft f'habba t'ghajn
b' nuccali irrazzjonali,
imdorri jara 'l ommu mejta
b'sidirha f'halqu.

Il-konkluzjoni qabbzitli demgha hamra
ghall-idejn tal-martell u l-mingel
li bhali holmu fuq salib.


Il-glieda kontra l-hin spiccat.
Statiku

Bernard'97
______________________________________________________________________

IS-SEBA' HOLMA

Dammejt l-incertezza
waqt li l-hbub
rrangaw id-dmugh
f'ringiela ta' stalaktiti.

U mitluf f'medda bahar
ma qoxra ta' sincerita'
nistenna gufek jiblani
bla kliem b'iehor
(fil-bieb)

Tini jdejk ja holma tac-ciklu

Bernard



__________________________________________________________________

Din il-poezija baghthieli John Aquilina, zghazugh ta' 19-il sena. Ezempji ta' letteratura bhal dawn iqawwu qalb il-gejjieni tal-letteratura...

RELAZZJONI

Is-sentenzi taghna mqasqsin
bhall-fildiferru.
Wara t-toqob tal-hadid neghmez biex nilmhek
imxebilka mal-frieghi Settembrini.
Il-bews ankrat f'haddejk
bhal pepprin mirfus
inixxi d-demm.

_______________________________________________________________

Ohra minghand John:

IL-QAHBA

Il-kwiekeb ghamu fiz-zliega t'ghajnejha.
'qas qamar ma rat imxabbat ma-soqfa.

F'idejha mrasa ponn razznet tnehidha
biex hadd ma jehodulha,
tistenna jsaqsiha biex thobbu.

Ma rahiex tibki. Waddbilha l-munita
f'karus fuq gradenza
u weghedha jerga' jigi.

____________________________________________

Bernard Caruana, poeta zghazugh iehor, baghtli dawn il-poeziji li jixhdu it-taqlib ta' adoloxxent, filwaqt li jipprova jsib serhan fil-meraq tar-religjon, li jara fiha l-ispirtu.

IT-TIFEL B'MAZZ CWIEVET


It-tifel miexi f'kuritur
jipprova cavetta wahda, wahda
huwa l-akbar filosfu tad-dinja.
It-tifel li ma jqabbilx ic-cavetta
hu l-ikbar bniedem imgarrab fid-dinja,
"Kemm hu kbir dan il-mazz pa
it-toqol tieghu jwerwirni, u lewnu jkexkixni".

"Kemm ghandek ghanqbut m'ghajnejk
katnazzi u ktajjen ma jdejk
biex lili ma taghrafx
u s-swaba tieghi ma taqbadlix?
Ic-cavetta ghandi tinsab, u mhux fil-mazz ileqq tieghek,
dan tafu int u lanqas taf li dejjem kont mieghek.

_____________________________________________

KARBA

Dat-thewdin iswed taqqalli qalbi
ghalaqni,
u tibki qeghda qalbi u tolfoq
bl-emozzjoni t-tqanqila ddur fil-labbirint tar-ruh.
Anke n-nifs haddtli mill-pulmuni
u jsaffru u jnewwhu
bhax-xwejjah fuq il-qabar ta' martu.
Naqla' l-hama kuljum.
Izda llum l-Ghid tal-mewt
wisq inhossha d-demgha
tlangas u tferfex ma' wicci shun, misthi bil-bewsa
li qatt ma tajtni.
Illum infakkru wkoll did-dilemma taghna
li forsi qatt ma nifhmu,
ta' meta ghadda l-kurrent bejn il-qalb u l-ispirtu
u qatel il-qamha qabel mal-bidwi zraha.
Izda x-xita nizzlet
u l-hxejjex l-ohra kibru
ghajr il-qamha, li halliet post vojt.

Nittama li l-bidwi jiftakar jahmel
xi warda fil-hamrija
u mqar b'bezqa jisqiha
biex twarrad.

Meta nghaddi mill-gnien
naqbadha u nimla idi bid-demm
u nhallatha bhal f' laboratorju
qatra qatra
u niffrizaha
biex tfakkar il-plott ristrett
fl-Ghid tal-mewt.

____________________________________________

Norbert Bugeja huwa poeta iehor, ta' eta zghira, li jara d-dinja b'ghajnejn maturi, forsi b'lenti xiha. Qed jinduna li l-poeta ma jistax jahrab minn xortih li jara u jghix il-golgota.

OCEANI TA' DULUR

Ghalxejn ipprotestajt
u nsulentajtek mill-oghla qcacet
u mill-abbissi ta' widien sewdiena.
Ghalxejn ghannejt id-dulur ta' qalb solitarja
li tinghi u tokrob fil-qasbija qrib xtajta mudlama.
Ghalxejn gerrimt il-ktajjen azzarjati
mdellkin bit-tajn jahraq
u bzaqt demm marid
fuq altari ffjuriti
ta' wlied afrodite.

Miz-zliega ta' ghajnejn mixquqa,
flejt is-sodisfazzjon
imnaqqax fuq haddejn l-Artist,
hekk kif il-pinzell setghani tieghu
sahaq il-gamra tnemnem
li b'ghozza ta' missier
kont mantnejt
sa minn tfuliti.

'Ma fl-inzul inkurlat
tal-fdalijiet ta' xemx mifnija,
il-ward ihammar f'hogor afrodite tilef kuluru,
u ghebu l-fjammi mkebbsa minn ghajnejn l-Artist.
U mill-bahh imholli mill-fjammi setghana
inghasret
in-nida ta' zewg demghat siekta
li sellmu
u dilku lix-xbieha bla hajja
ta' kapulavur.

(3/11/97)

_____________________________________________________________________

Thaggart bi kliemek
ghajnejk nifduni b'demghathom
nefhuli qalbi
fejn ihuf in-nevrotiku.

Bhal meta harist lejja
u ghidtli li f'ghajnejja
qed tara
iben mejjet fuq salib

Bhal dakinhar

Bernard

__________________________________________________________________

Isabella Scicluna hija poetessa-bniedma li tinterpreta l-hajja b'harsa femminili u minn lat emozzjonali. U minn din il-lenti kif ukoll minn dik universali jistghu jigu nterpretati dawn il-versi.

SAT-TMIEM

Estasi-il-lejl
u jien tieghek.

Il-bahar u x-xemx
iz-zmien u l-genn
Il-ferh u l-hemm.

U l-Calvados jizfen
maz-zifna tal-hisem.
U l-qamar jinnamra
ma l-isbah stilel.

U tieghu hija l-fwieha
li qed tippenetra fin, fin go fiha,
mal-lejl,
mas-sebh,
fis-skiet,
sat-tmiem.

Bella '97'

_______________________________________________________________

SERQA MBIERKA

Bierek din is-serqa tal-lejla.
U qajjem ir-rih ha jilghab ma l-ilma,
u ha jkun imcaqlaq il-lejla biex tieghu,
tkun il-melodija,
tal-karba mirquma bil-hniena.
U ha jizfnu mal-lejl il-bews li jiksbu is-sebh.

Bella '97'

________________________________________________________________

HEKK!!!

Bit-toqol tad-demm
in-noti intieznu u wahidhom
daqqew.
Ta' gewwa hareg imdemmi bid-demm
u riha zifnet ma' noti tal-mewt.
Il-qamar stahba ghax beza'
li l-ahmar ser itir ghal hdejh.
Bla dawl kien dak il-lejl
fejn esseru sab il-kenn
li fih il-hajja temmet, hekk!

Bella '98'


Dawn il-versi huma copyright ta' l-awturi.



VERSES IN ENGLISH
(Versi bl-Ingliz)



Min jikteb jew iharbex xi zewg versi, jekk joghgobkom ibaghtuhomli biex ninkludihom f'din il-pagna

<<Lura ghall-Manifest