Il-letteratura - xhieda ta’ universalita’

ta' Karen Vella

Il-kittieb Amerikan Ralph Waldo Emerson (1803 - 82), darba qal ;

“Every man is an inlet to all of the same...Every work of great art is a more or less pure manifestation of the same...They are the reappearance of one mind, working in many materials to many temporal ends. Handel sings it, Phidias carves it, Shakespeare writes it, Wren builds it..”

Emerson irnexxilu jfiehem sewwa l-kuncett ta’ universalita’ li tezisti fl-arti.

Oliver Friggieri jitkellem fuq dan l-aspett fil-letteratura. Biex ifisser hsiebu huwa jaghmel distinzzjoni fid-dawl tal-poetika Aristotelika, bejn l-istoriku u l-poeta:

“....l-universalita’ hi dik li taghzel l-istoriku mill-poeta: l-istoriku jitkellem dwar dak li gara, waqt li l-poeta jifhem kulma hu probabbli jew necessarju.”

( O.Friggieri, Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji, pg 772, 1996 )

Hawnhekk naraw sewwa kif il-letteratura mhijiex marbuta biz-zmien minkejja l-fatt li nkitbet f’hin, f’waqt partikolari fil-hajja ta’ bniedem. Dan minkejja il-fatt li il-kitba fija nfisha ikollha sfond storiku kif ukoll wiehed socjali , igifieri taghraf il-perijodu jew il-kuntest li fija nkitbet . L-esperjenza ta’ persuna f’kuntest ta’zmien, issir simbolu ta’ esperjenza li tolqot lill-bnedmin anki sekli wara. Huwa ghalhekk li kittieb tajjeb jibqa’ jinqara anki sekli wara mewtu, anki f’kontinenti differenti. Nsibu tranzizzjoni lil hinn mill-partikolari, ghaliex kliemu jibqghu attwali.

Il-letteratura Maltija ukoll gharfet tikseb element ta’ universalita’. Mis-sittinijiet l’hawn, il-letteratura Maltija ma baqghetx wahda ta’ essenzjalment elogju patrijottiku, izda inbidlet f’wahda varjata fit-tematika u ta’ xehta aktar wiesgha. Niltaqghu per ezempju ma Ruzar Briffa (1906 - 1963), li f’ bosta mix-xoghlijiet tieghu jwassal hsieb ta’ niket ezistenzjali. Ezempju insbuh fil-poezija ‘Quo Vadis’, fejn il-poeta jahseb:

“Kemm huma mghagglin

fejn huma sejrin,

ghal dejjem bla sabar

min-nieqa sal-qabar

dal-halja bnedmin?”

Fil-fehma tieghi, il-bniedem ma nbidilx tul is-sekli. L-emozzjonijiet, il-bzonnijiet tieghu baqghu l-istess, sa minn zmien il-holqien. Il-bniedem biddel b’mod inkreddibli l-ambjent ta’ madwaru, izda ma biddilx lilu nnifsu. Ghadu jiggieled l-istess battalji u jistaqsi l-istess mistoqsijiet bhal missirijietu. Iz-zmien baqa’ ghadu tieghu. Hija forsi l-arti li rebhet xi ftit il-hin li jaghti tmiem lil kollox. Biss ix-xoghlijiet artistici jibqghu jintirtu minn generazzjoni ghall-ohra, u l-materja li tispicca, trodd hsieb li jiggedded tul iz-zmien.

Minkejja l-invenzzjonijiet kbar fil-qasam tal-mezzi tal-kommunikazzjoni, fosthom l-Internet, inhoss li wahda mill-akbar problemi baqghet il-kommunikazzjoni. Din il-kreatura lingwistika ghada tiltaqa’ ma bosta problemi biex tfisser dak li tahseb u thoss. Niltaqghu ma hafna ambigwita` f’dak li nfissru lil xulxin, li ta’ spiss jwassal f’nuqqas ta’ ftehim, li gieli jissarraf fi frustrazzjoni u izolament.

Emily Dickenson (1830 - 1886), fil-poezija taghha ‘The Goal’, tpoggina quddiem id-dilemma essenzjali fil-hajja tal- bniedem - is-sens tal-hajja fija nfisha. Huwa facli hafna naraw kif il-hsieb ta’ Dickenson jiehu xejra universali :

“Each life converges to some centre

Expressed or still;

Exists in every human nature A goal

[...] Ungained, it may be, by a life’s low venture,

but then, Eternity enables the endeavouring Again."


Kitba u hsibijiet ta' Karen Vella

Jekk laqatkom xi hsieb, impustawli messagg.