Hsibijiet

"Il-fqar, il-batuti huma ezempju ta' qdusija. Qed jghixu biex isalvawna."


Il-politka l-gdida (Awwissu 1999)

Fl-Universita', il-politka studenteska tqazzek bil-burokraziji u n-nuqqas ta' azzjoni. Din tirrifletti r-rwol tal-partiti tradizzjonali, li bhalissa jkunu qed imajnaw fil-popolarita imma li jafu li ghandhom is-sahha estrema tal-media f'idejhom. U waqt l-elezzjoni jisirqu l-grupp. Sena wara sena, wara zmien, l-istess. Din kif isejhilha Patri Mark Montebello, din hija Malta l-ufficjali: Malta burokratika, Malta mahmuga, Malta li hi taparsi burokratika. Ma rridux aktar salvaturi, aktar nies li joholqu l-bzonn u l-vojt biex jimlew huma stess. Hemm bzonn diskorsi godda u azzjoni gdida li fl-ahhar mill-ahhar iwasslu ghal demokrazija radikali. Hemm bzonn nisplodu s-swar u l-istatwi. Imma ahna min? Ghaliex ahna mhux hadd iehor? Ghaliex dan ghandu jkun xoghol tant professjonali li ma jinduna bih hadd, sakemm insiru nafu minn fuq it-televizjoni, waqt konferenza stampa jinfurmawna bil-bidla li twettqet? Illum hu zmien is-skiet u d-dubji. Hu zmien li nharsu madwarna u naraw is-sinjali tal-hajja Maltija post-moderna. Imbaghad nahdmu, u nahdmu hafna. Ghax dan hu xoghol kulhadd.


Subculture#1 - L-udjenza, l-persuni u l-istituzzjonijiet (Awwissu 1999)

Id-diskors ghandu jsir f'termini ta' kulturi differenti, li qed jinbtu minn fost klassijiet socjali, u qed jirrevoluzzjonaw l-ordni socjali. Sa certu punt imma. Kriminal li ghandu l-flus, wisq probabbli ser jehlisha hafif. Tifel minn familja ta' certu klassi socjali (apparti minn kwistjonijiet finanzjarji) diga ser jifhem iktar il-lingwagg li jintuza fl-iskola tieghu. Il-habsin huma suggett ghal process mentali ta' normalizzazzjoni. Bhalhom hemm it-tfal ta' l-iskola, id-drogati ta' Sedqa u l-Caritas, il-morda mentali, ecc. Dan il-process jaghti idea ta' uniformi mposta fuq is-socjeta - fejn kulhadd jitkellem f'termini tal-miti istituzzjonali. Il-persuni huma stess huma l-udjenza ta' dawn l-istituzzjonijiet u japprovaw dawn il-processi. Izda kull tant zmien, osservatur ghandu jaqra kulturi frammentarji li jaqsmu s-socjeta Maltija fi gruppi differenti, li jirreagixxu ghall-affarijiet li huma ta' utilita' u ta' relevanza ghalihom. Ghandna nsaqsu hafna dan il-pjan socjali u noholqu alleanzi li jiggieldu l-perpetwazzjoni ta' l-qaghda ta' l-oppressi u l-oppressuri. Din kienet minn dejjem.

Jekk laqatkom xi hsieb, jew dejjaqkom kollox, impustawli messagg.


<< LURA GHALL-MANIFEST